Matul l-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, Malta kellha surplus ta’ aktar minn €190 miljun fil-kont kurrenti li fih jinkludi t-transazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji li jkun għamel il-pajjiż.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru, is-surplus fil-kont kurrenti kien dovut għal bosta fatturi fosthom dħul akbar li l-pajjiż kellu mis-servizzi li kien jammonta għal kważi 886 miljun ewro.
Matul l-istess kwart tas-sena li għaddiet, il-kont kapitali rreġistra bilanċ pożittiv nett ta’ 50 miljun ewro. Dan kien ifisser żieda ta’ kważi dsatax-il miljun ewro meta mqabbel mal-2017.