L-istatistika turi li meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, id-dħul tal-Gvern żdied b’aktar minn sitta u tletin miljun ewro waqt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet bi ftit aktar minn tmienja u erbgħin miljun ewro.
Imqabbbel mal-istess xhur tas-sena li gaħddiet, id-dħul tal-Gvern kien jammonta għal kważi sitt mija u tmienja u ħamsin miljun ewro, żieda ta’ kważi sitta fil-mija meta mqabbel mal-istess xhur is-sena li għaddiet.Iż-żieda fid-dħul tal-gvern kienet dovuta l-aktar għal żieda ta’ kważi erbgħa u tletin miljun ewro fit-taxxa tal-VAT u erbgħa u għoxrin miljun ewro fit-Taxxa tad-Dħul. Kienet irreġistrata żieda wkoll ta’ kważi sbatax-il miljun ewro mill-bolla li hija riflessjoni ta’ aktar nies fis-suq tax-xogħol. Mill-banda l-oħra ġie rreġistrat tnaqqis ta’ kważi ħames miljun ewro f’liċenzji, taxxi u multi.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li n-nefqa tal-Gvern żdiedet minn ħames mija u wieħed u disgħin miljun ewro għal sitt mija u disgħa u tletin miljun.
Matul l-istess perjodu l-piż tad-dejn naqas b’aktar minn mitejn u wieħed u sittin miljun ewro jew b’erbgħa punt sitta fil-mija.
B’reazzjoni l-Gvern qal li meta mqabbel mal-aħħar sena tal-amministrazzjoni nazzjonalista d-dħul tal-Gvernb żdied b’81 fil-mija waqt li nefqa tal-Gvern żdiedet bin-nofs meta mqabbel ma-istess perjodu. Qal li bis-saħħa ta’ dawn ir-riżultati l-familji Maltin qegħdin igawdu minn opportunitajiet akbar u kwalità ta’ ħajja aħjar.
Min-naħa tieħgu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li dawn ir-riżultati juru l-impenn tal-Gvern li jkompli jirreġistra bilanċ fil-finanzi tiegħu waqt li jkompli jnaqqas il-piż tad-dejn.