“Kuntent ħafna għal diversi raġunijiet,” dan kien kliem is-Segretarju Ġenerali tal-General Worker’s Union b’reazzjoni għas-surplus ekonomiku li għandu pajjiżna għall-ewwel darba wara 35 sena. Is-Segretarju Ġenerali qal li l-miżuri li introduċa dan il-Gvern qed iwasslu biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fi kliemu s-surplus huwa riflessjoni ta’ tkabbir ekonomiku, tkabbir li matulu ma naqsux il-benefiċċji soċjali. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li issa jeħtieġ li dan il-ġid iwassal għal żieda fil-pagi tal-ħaddiema.