Ftit tal-ħin ilu, Surġent tal-Pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit spiċċa midrub wara li flimkien ma’ pulizija oħrajn ippruvaw iferrqu dik li jidher li kienet ġlieda bejn tliet aħwa. Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ fiż-żona magħrufa bħala ta’ Fuq San Pawl, f’Bormla. Diversi pulizija kienu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u żammet tliet aħwa, ta’ 18, 24 u 29 sena għall-interrogazzjoni.