Waqt ħidma li saret matul il-lejl mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ġew arrestati tmien persuni. Sebgħa persuni Maltin li l-eta` tagħhom tvajra bejn it-18 u s-36 sena, ġew arrestati f’diversi stabbilimenti f’San Ġiljan wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina.
Il-Pulizija arrestat raġel ieħor ta’ nazzjonalita’ Somala wara li fil-pussess tiegħu nstabet sustanza suspettata raża tal-kannabis lesta biex tiġi mibjugħa. Surġent tal-Pulizija sofra ġrieħi gravi waqt li l-individwu kien qed jiġi arrestat wara li rreżista lill-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Is-Somalu mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin akkużat bil-pussess aggravat ta’ raża tal-kannabis u li kkaġuna feriti gravi fuq Surġent tal-Pulizija, fost akkużi oħra. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.