Patrick Spiteri, Supretendent tal-Pulizija rtirat ta’ 63 sena, inħeles mill-akkużi ta’ tixħim miġjuba kontrih wara li x-xhieda tax-xhud ewlieni ġiet iddikjarata bħala waħda invalida.
Spiteri ma nstabx ħati li lura fl-2006, hu kien jaċċetta ‘l fuq minn €200 fix-xahar fuq medda ta’ iżjed minn sitt snin biex hu jagħti informazzjoni fuq rejds tal-pulizija.
Il-Maġistrat, Monica Vella, stqarret li ma kien hemm l-ebda evidenza li Spiteri kien jieħu dawn il-flus u x-xhud ewlieni tal-każ ma kienx wieħed kreddibbli.
Fost oħrajn, Spiteri kien mixli li abbuża mill-poter tiegħu bħala supretendent kif ukoll li żvela sigrieti uffiċjali tal-pulizija.
Spiteri kien irriżenja mill-korp tal-pulizija meta kien arrestat wara 27 sena ta’ servizz.