Id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza joffri superviżjoni u monitoraġġ ta’ persuni meqjusa bħala “sex offenders” wara li dawn ikunu kisru l-liġi u ġew riferuti lid-Dipartiment mill-Qorti. Din is-superviżjoni tibqa’ fis-seħħ għal tul il-perjodu tas-sentenza.
Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, spjega li s-superviżjoni u monitoraġġ isiru mill-Uffiċjal tal-Probation. Fl-istess waqt, l-Unità tal-Psikoloġija fi ħdan id-Dipartiment toffri għajnuna speċjalizzata permezz tal-programm Sex Offender Intervention Programme (SOIP), li jiffoka fuq il-bżonnijiet ta’ dawn il-persuni. Dan il-programm, flimkien mas-superviżjoni, iwassal għal riabilitazzjoni u integrazzjoni effettiva lura fil-komunità.
Credit: The Conversation