Matul il-lejl il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rċevew telefonata li l-Park Towers supermarket ta’ Santa Venera kien qed jieħu n-nar, nar li dam ikun kontrollat lejl sħiħ tant li l-operazzjoni tac-CPD issuktat sa dalgħodu.
Sorsi qrib one.com.mt ikkonfermaw li nar beda minn xi ħsara teknika fi fridge li ħadet in-nar. Fil-viċinanzi tal-fridge kien hemm kaxxi tal-kartun li qabdu n-nar huma ukoll biex b’hekk il-ħuġġieġa kibret, biżejjed biex tiġbed l-attenzjoni ta’ min kien fl-akwati.
Huwa mifhum li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, peressli ma kienx hemm ħaddiema f’dan il-ħinijiet fis-supermarket.
Ritratt: Civil Protection Department