It-tellieqa biex jinsab is-suċċessur ta’ Liz Truss qed tkompli tiħrax hekk kif rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li Boris Johnson u Rishi Sunak għandhom biżżejjed appoġġ biex jikkontestaw għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv.
L-Eks Prim Ministru Boris Johnson irritorna lura fir-Renju Unit wara li kien qiegħed fuq btala mal-familja tiegħu wara li rriżenjat is-suċċessur tiegħu.
Sorsi fil-kampanja tiegħu qegħdin jgħidu li aktar minn mitt membru parlamentari tal-Partit Konservattiv qegħdin jappoġġjaw lil Johnson biex jerġa’ jieħu t-tmun tar-Renju Unit f’idejh.
Madanakollu, in-numru ta’ membri parlamentari li pubblikament appoġġjaw lil Johnson huwa inqas minn dak li qegħdin jgħidu uffiċjali qrib il-kampanja ta’ Johnson.
Rishi Sunak li serva bħala Kanċillier tar-Renju Unit fi żmien it-tmexxija ta’ Johnson, qed jingħad li wkoll għandu l-appoġġ ta’ ‘l fuq minn mitt membru parlamentari.
Għall-kuntrarju ta’ Johnson, dan in-numru jista’ jiġui kkomfermat mill-ammont ta’ membri parlamentari li pubblikament qegħdin jappoġġjawh.
Sunak tilef il-kontest kontra Lizz Truss wara t-tellieqa għall-Mexxej tal-Konservattivi.
Sa issa kemm Sunak u kemm Johnson għadhom ma ħabbrux li se jkunu qegħdin jikkontestaw għall-elezzjoni li se tara r-raba’ Prim Ministru tar-Renju Unit f’leġiżlatura li bdiet fl-2019.
Penny Mordaunt biss hija l-unika kandidata li uffiċjalment nediet il-kampanja tagħha għal din l-elezzjoni, iżda rapporti qegħdin jgħidu li għadha ‘l bogħod biex tikseb l-appoġġ ta’ mitt membru parlamentari biex tkun tista’ tikkontesta.