Fil-Jum Internazzjonali ddedikat għad-Dinja, il-President Amerikan Joe Biden se jmexxi summit virtwali fil-White House flimkien ma’ erbgħin mexxej ta’ pajjiżi differenti minn madwar id-dinja.Dan is-summit li se jittratta fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima, mistenni jara lill-Amerika terġa’ tieħu r-riedni f’idejjha sabiex tkun minn ta’ quddiem u taħdem favur l-ambjent.
Infatti l-Istati Uniti mistennija tħabbar li se tnaqqas bin-nofs l-emmissjonijiet sas-sena elfejn u tletin. Biden kien għamilha ċara mill-bidu nett li waħda mill-prijoriatjiet li se jagħti fil-presidenza tiegħu hija it-tibdil fil-klima.
Fost dawk li se jkun hemm preżenti għal dan is-summit virtwali, hemm il-President taċ-Ċina Xi Jinping.