Il-mexxejja tal-istituzzjonijiet Ewropej qalu li sar progress fis-summit li ltaqa’ lbieraħ u li ntemm tard filgħaxija. Dan b’mod partikolari b’rabta mal-immigrazzjoni. Fost oħrajn il-Kunsill Ewropew laqgħa l-progress li sar mal-ħames pajjiżi Afrikani ta’ prioritá, li huma l-Etjopja, il-Mali, in-Niger, in-Niġerja u s-Senegal. Wara laqgħa mal-President tan-Niger, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker qal li dik ma’ dan il-pajjiż hija eżempju ta’ koperazzjoni bejn l-Ewropa u l-pajjiżi Afrikani. Segwi fil-filmat il-konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem is-summit li kellu temi oħra fuq l-aġenda.