Il-Forzi Armati Libjani komplew bil-ħidma tagħhom kontra t-traffikar tal-bnedmin wara li matul il-jum tal-Ħadd wettqu rejd ieħor f’ċentru li kien qed jintuża għal skopijiet ta’ traffikar tal-bnedmin lejn l-Ewropa. Matul ir-rejd, li seħħ ġo Bani Walid inqatel traffikant u ġew arrestati erba’ persuni oħra.
Matul l-istess rejd ġew feruti tliet suldati Libjani wara li t-traffikanti fetħu n-nar fuq is-suldati. Matul ir-rejd inħelsu wkoll numru ta’ persuni li kienu qed jiġu miżmuma għal skopijiet ta’ traffikar uman.
Dan ir-rejd segwa ieħor aktar kmieni matul il-ġimgħa li għaddiet fejn instabu 120 immigrant ġo post ieħor f’Bani Walid. Matul ir-rejd, ġew arrestati wkoll numru ta’ traffikanti li skont il-qawwiet Libjani huma taż nisel Eġizzjan.