Illum fil-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati hija ġurnata mhux tas-soltu, hekk kif numru ta’ persuni qed jipparteċipaw f’ġurnata ta’ taħriġ u jistgħu jikkunsidraw lilhom nfushom bħala suldati għal ġurnata.
Dan it-taħriġ beda fis-06.30a.m ta’ filgħodu u se jkompli sal-17.00p.m tal-illejla. Matul din il-ġurnata, s-suldati għal ġurnata se jkollhom iċ-ċans jitgħallmu u jifhmu l-ħidma tas-suldati f’pajjiżna.
Fost in-numru ta’attivitajiet li qed jagħmlu taħt id-direzzjoni tas-suldati, il-parteċipanti ngħataw l-opportunita’ li jittellgħu fuq id-dgħajsa tas-salvataġġ tal-Forzi Armati ta’ Malta, fejn esperjenzaw l-isfidi li suldat jesperjenza waqt operazzjoni ta’ dan it-tip fuq il-baħar.