Minn tal-inqas 12-il persuna nqatlu meta ġew sparati tiri lejhom minn suldat Tajlandiż. Il-każ seħħ fil-Belt ta’ Nakhon Ratchasima.
Kelliem għall-Ministeru tad-difiża Tajlandiż qal li s-suspettat qattiel, li huwa uffiċjal fl-armata, allegatament attakka lis-superjur tiegħu u seraqlu l-arma tan-nar u l-munizzjoni.
Huwa fetaħ in-nar f’tempju Buddist u f’ċentru tax-xiri fil-Belt li tinsab fil-Grigal tal-kapitali Bangkok, 250 kilometru ‘l bogħod.
Is-suspettat għadu ma nqabadx mill-pulizija.
Bosta filmati tal-isparar qrib iċ-ċentru tax-xiri qed jitellgħu fuq il-mezzi soċjali.