Suldat Malti li huwa għawwiem tas-salvataġġ mal-Air Wing tal-Forzi Armati ta’ Malta ingħata l-ogħla unur qatt mogħti minn din l-iskola tan-Navy Amerikana lil suldat barrani.
Il-Lance Bombardier Glenn Tanti intbagħat l-Istati Uniti għal taħriġ intensiv ta’ sitt xhur dwar is-salvataġġ mill-ajru u l-baħar. Fi kliem il-kaptan li ħarrġu, waqt dan it-taħriġ Tanti ħareġ bl-unuri.
Tanti spjegalna kif dan il-kors inkluda taħriġ fiżiku intensiv u tagħlim dwar diversi tattiċi ta’ salvataġġ f’baħar jibla’ l-art.
Tanti qal kif “It-taħriġ kien jikkonsisti minn patient assessment, sar tactics, helecopter operations, kif ukoll advanced swimming. Konna niġu ttestjati kemm fuq l-art u kemm fil-baħar taħt stress. Konna niġu evalwati u kienu jagħtuna sitwazzjonijiet differenti taħt pressjoni u b’limitu ta’ ħin minħabba li kien hemm eprsuni involutli li ridna nsalvaw”
Tanti rringrazzja lill-Forzi Armati ta’ Malta għal din l-opportnità li ngħata u spjega kif taħriġ simili hu importanti ferm, hekk kif bis-saħħa tiegħu dawn il-ħaddiema tas-salvataġġ jistgħu jkomplu jkabbru l-għarfien tagħhom u jtejbu s-servizz tant importanti li joffru.