Stephen Bartolo fetaħ kawża kostituzzjonali wara li ilu għoxrin sena f’battalja legali.
Huwa qed isostni li nqabeż meta ġie biex jingħata promozzjoni fl-Armata.
Bartolo, suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta fetaħ din il-kawża kontra l-Kmandant tal-Armata u l-Avukat Ġenerali wara li ma ngħatax raġun minn Tribunal li kien twaqqaf biex isolvi inġustizzji li seħħew fil-passat.
Bartolo qed jisħaq li l-interpretazzjoni tal-liġi fi ħdan l-Armata saret b’mod ħażin mit-Tribunal.
L-avukati tas-suldat qed isostnu li d-drittijiet fundamentali tal-klijent tagħhom inkisru u qed jitolbu rimedju anki fid-dawl li dan it-Tribunal m’għadux jeżisti.
Huma qed jitolbu li Bartolo jirċievi fost l-oħrajn danni morali tal-inġustizzji li skont huma sofra fl-Armata.