Ritratt li ttelgħa fuq il-midja soċjali mis-suldati Amerikani juri suldat jieħu ħsieb tarbija fl-ajruport ta’ Kabul.
Dan sforz id-disparement taċ-ċittadini Afgani li waddbu t-trabi tagħhom sabiex jeħilsuhom mill-madmad tat-Taliban.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Hamid Karzai, fil-kapitali Kabul hemm madwar 6,000 suldat Amerikan.
Dan sabiex jassistu n-numru kbir ta’ evakvazzjonijiet li qed isiru minn dan l-istess ajruport.
S’issa ġew evakwati madwar 18,000 persuna u huwa mistenni li jkun hemm eluf oħra ta’ persuni li jkunu evakwati fil-jiem li ġejjin.