L-ISIS ħadu responsabbiltá tal-attakk terroristiku li seħħ f’Istanbul fil-31 ta’ Diċembru. Huma ddeskrivew lill-qattiel bħala suldat eroj wara li qatel 39 persuna u ħalla 69 persuna feruta.
Il-Pulizija qed jinvestigaw jekk l-imfittex għandux konnessjoni mal-qattiel li għamel bomba suwiċida fl-ajruport ta’ Istanbul f’Ġunju.
Hemm ukoll rapporti li t-Turkija rċeviet informazzjoni minn aġenzija tal-intelliġenza fl-Istati Uniti li hemm theddida ta’ attakk f’Istanbul, iżda ma kellhomx dettalji dwar il-post li fih kien se jitwettaq dan l-attakk.
Għada għaddejja it-tfittxija għall-persuna li wettqet dan l-attakk. Il-persuna, li għada mhiex magħrufa fetħet in-nar lejn diskoteka bl-isem ta’ Reina u rnexxielu jaħrab f’nofs il-konfużjoni li nqalat.
Il-President Tork qal li dawn il-gruppi qed jippruvaw joħolqu konfużjoni, jiddimoralizzaw lil poplu u jiddistabilizzaw il-pajjiż. Il-Partit għall-ħaddiema Kurdi iddistanza ruħu mill-attakk tant li kelliem għall-Partit qal li ma jaslux li joqtlu persuni innoċenti.
Il-Ministru għall-Intern Tork ikkonfermat li għaddejja tfittxijai ntensiva u tittama li l-aggressur jinqabad mill-iktar fis possibli. Fl-istess waqt li t-tfitxxija intensifikat, qed isiru l-preparazzjonijiet għall-ewwel funeral ta’ dawk li tilfu ħajjithom.