Mohammed Abdullah Musa ta’ sebgħa u tletin sena tressaq il-qorti akkużat bi stupru fuq żewġ minorenni ta’ tlettax -il sena li jgħixu f’istitut.
L-allegat stupru maż-żewġ tfajliet sar fil-ħamsa ta’ Lulju, fi Triq Brighella l-Ħamrun.
L-akkużat jidher li kien jaf lil waħda mill-ommijiet tal-vittma. Il-kuntatt maż-żewġ tfajliet jidher li kien minn fuq Facebook.
Il-prosekuzzjoni li tmexxiet minn Joanna Piscopo u Paula Ciantar spjegaw kif il-vitmmi pruvaw jirreżistu liż-żewġ tfajliet. Madankollu, kienet waħda mit-tfajliet li organizzat sabiex jiltaqgħu mal-akkużat.
Wara l-attivitá sesswali, l-akkużat xtara mowbajl lil waħda mill-vittmi.
Kienet waħda mill-carers tal-istitut li rrapurtat lill-pulizija bil-każ
L-akkużat huwa mis-Sudan u jgħix il-Ħamrun. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu, filwaqt li nżamm arrestat.
Il-Maġistrat Ian Farrugia, ordna sabiex il-minorenni jitilgħu jixhdu fis-seduta li jmiss.