Mahmed Ibrahim Osman ta’ 25 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil ta’ Ali Ahmed Mohammed.
Fil-Qorti ntqal kif nhar il-Ġimgħa kien hemm argument fil-Marsa, li fih żagħżugħ indarab u sofra grieħi gravi.
Intqal li f’dan il-każ intużat sikkina.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-allegat vittma se jiġi arrestat ukoll għaliex l-akkużat allega li fl-argument aġixxa biex jiddefendi ruħu.
L-imputat Sudaniż kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u li kellu fuqu droga sintetika fost oħrajn.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.