Sudaniż ta’ tnejn u għoxrin sena inżamm arrestat wara li nqabad b’41 qartas ta’ droga moħbija fil-kalzetti.
Nhar il-Ġimgħa Ali Ahmed Mohammed Moummi kien involut fi ġlieda u sofra ġrieħi serji minħabba allegat daqqiet ta’ sikkina li qala’.
Wara li l-pulizija intervjeniet instabu l-qratas ta’ droga sintetika.
Il-Qorti semgħet li Ali Mohammed inqabad b’din is-sustanza f’ammonti li ma kinux għal użu esklussiv tiegħu u f’anqas minn mitt metru ’l bogħod minn skola.
Fix-xhieda tiegħu Moummi qal li kien jagħmel użu sostanzjali minn din is-sustanza. Minn naħa tal-Pulizija qalet li mhux l-ewwel darba li l-akkużat xellef difrejh mal-ġustizzja.