Sudaniż ta’ 50 sena inżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb għal tliet persuni fosthom uffiċjal tal-Pulizija.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li fit-tmintax ta’ Marzu tas-sena li għaddiet weġġa’ gravi lil raġel waqt argument u fid-dsatax ta’ Jannar attakka, hedded u weġġa’ ħafif uffiċjal tal-Pulizija fl-għassa tal-Ħamrun u fl-istess ħin ħebb għal persuna oħra.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-Difiża ma għamlet l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit żammet l-imputat arrestat.