Sudaniż ta’ 22 sena ġie kkundannat seba’ xhur ħabs mill-Maġistrat Victor Axiak wara li ammeta li pprova jaħrab minn Malta lejn l-Italja fuq bastiment.
Fil-Qorti, Yusuf Yahya Mustafa ammetta li fl-14 ta’ April tela’ fuq il-bastiment fit-terminal tal-vapuri l-Marsa u staħba.
Mill-provi li ħarġu mill-Qorti rriżulta li l-ekwipaġġ induna bis-Sudaniż hekk kif il-vapur kien diġà salpa minn Malta fi triqtu lejn l-Italja.
Mustafa ammetta wkoll li naqas li jagħti informazzjoni lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni u li pprova jaħrab minn Malta mingħajr dokumenti.