Raġel mis-Sudan ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00 a.m. fi Vjal ix-Xarolla, meta l-vittma li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa, waqa’ madwar tliet sulari għoli minn gallarija ta’ residenza li kien qed jagħmel xogħol fiha.
Il-vittma ġie mgħejjun minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.