Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech, Achuil Abdalla, student Sudaniż ta’ 23 sena, residenti San Ġwann ġie akkużat li fil-15 t’Awwissu, f’ħanut f’Raħal Ġdid, beżża’, hedded bi vjolenza u għamel ħsara għad-danni ta’ raġel ieħor.
Id-difiża qalet li l-akkużat ma kellux każijiet oħrajn mal-ġustizzja. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa ngħata il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li tliet ijiem fil-ġimgħa jirrapporta l-Għassa ta’ San Ġiljan u jkun id-dar bejn l-10 ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu. Abdalla kien ordnat ukoll iħallas depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €4,000.