Jar Annabi Mohammad Abdallah, is-Sudaniż li fis-16 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra mess tifel b’mod indicenti i f’Birżebbuġa, ġie kkundanat erba’ snin ħabs.
It-tifel ta’ 11-il sena xehed fil-Qorti li, waqt li ommu kienet qed tilgħab it-tombla, hu kien sejjer il-bandli ħdejn sħabu. Dak il-ħin mar fuqu l-akkużat u staqsih jekk iridx imur id-dar miegħu u jixtrilu ġelat. Waqt li t-tifel irrifjuta, l-akkużat messu f’partijiet intimi.
It-tifel qal li xi ħadd kien qallu li s-sieħeb t’ommu kien ta’ daqqa ta’ ponn lis-Sudaniż.
Fil-Qorti, is-Sudaniż qal li dakinhar hu kien rieqed fuq bank u qam l-isptar. Qal li ma jafx min hu t-tifel u lanqas jiftakar li kellu xi argument ma’ raġel.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabet lill-akkużat ħati u kkundannatu għall-ħabs, waqt li ordnat li isem is-Sudaniż jitniżżel fir-Reġistru tal-Pedofeli.