Sudaniż li kien fi triqtu lejn Istanbul it-Turkija nstab li kellu fuqu €16,500 fi flus kontanti mhux iddikjarati.
Wara susspett mill-uffiċjali tad-Dwana, il-passiġġier ġie avviċinat mill-uffiċjali wara li sar assessjar ta’ rutina u nstab li fuqu kellu l-flus mhux iddikjarati moħbija fl-ilbies li kien liebes.
Huwa qal li mill-ammont kollu, €5,200 biss kienu tiegħu, filwaqt li qal li l-kumplament tal-flus kienu ta’ żewġt irġiel Sudaniżi oħra.
L-uffiċjali tad-Dwana laħqu ftehim mal-passiġġier barra l-Qorti filwaqt li mmultawh.