Waqt laqgħa ġenerali annwali tal-FIMBank, iċ-Chairman tal-Grupp FIMBank, John C. Grech, spjega l-isfond tal-prestazzjoni tal-grupp fl-2016.
FIMBank irreġistra profitt ta’ $5.3 miljun.
Dr Grech rrefera għar-riżultati finanzjarji tal-2016 u spejga li “wara sforzi konsiderevoli u t-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi, illum il-Bank qieghed f’pożizzjoni soda biex ikompli jesegwixxi l-istrateġija li giet imfassla mill-Kap Eżekuttiv tal-Bank Murali Subramanian”.
Waqt il-laqgħa, Subramanian innifsu stqarr li “l-għan ġenerali huwa li l-Bank ikompli jottimizza n-negozju tiegħu għal livelli iktar sostenibbli ta’ profittabilità, u jiġġenera ritorni ikbar lill-azzjonisti filwaqt li jsaħħaħ l-balance sheet tiegħu”.
FIMBank għandu preżenza globali qawwija, iżda jopera firxa ta’ servizzi minn Malta. Il-bank iħaddem ammont sostanzjali ta’ nies b’diversi speċjalizazzjonijiet fl-uffiċji tagħhom f’San Ġiljan.