Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru fil-Padiljun tal-Basketball Ta’ Qali saret it-tielet attivita’ internazzjonali ta’ Combat Sports organizzata minn The Arena Combat Sports Promotions.
L-attivita’ ġabet l-isem ‘Lords of Arena’ u fiha kien hemm madwar 35 ġlieda. Attivita’ li għal darb’oħra attirat għadd kbir ta’ spettauri, madwar elfejn spettatur.
Il-maltin spikkaw waqt dan l-avveniment hekk kif kisbu 12-il rebħa, draw u tliet telfiet biss. Fost dawn kien hemm sitt titli tad-WKA International li dawn kollha intrebħu mill-maltin.
Il-ġlidiet kienu fid-dixxiplini tal-Kickboxing, Boxing, K1 Rules u Mixed Martial Arts.
Il-maltin urew il-ġiliet tagħhom u livell impressjonanti fid-dixxiplini kollha.
Il-promotur ta’ The Arena Combat Ssports Promotions Simon Chetcuti irringrazzja lill-klabbs u l-atleti kolha li ħadu sehem, lill-pubbliku li attenda bi ħġaru u fuq kollox lill-isponsors kollha. L-attivita’ li jmiss issa se ssir fil-bidu ta’ Marzu 2024.
Fir-ritratt fuq jidher wieħed mill-atleti maltin Iyvin Abdilla bit-titlu internazzjonali li rebaħ fl-MMA. Miegħu jidhru l-coach Charlo Spiteri, l-assistant coach Vince Galea flimkien mal-president tad-WKA Dave Sawyer u s-sur Daniel Orsini, President tal-Malta National Combat Sports Organisation.