Wara li l-IVF ġie deskritt bħala tama ġdida għal nisa infertili li jixtiequ jsiru ommijiet, studju li sar fl-Amerka juri li hemm tip ta’ trattament tal-IVF li jipprometti iktar suċċess minn oħrajn, speċjalment f’nisa li għandhom kumplikazzjonijiet fl-ovarji.
Studju li kien ippubblikat il-Ġimgħa li juri ċifri li jagħti iktar tama lil nisa infertili.
Studju li deher fi New England Journal of Medicine juri li nisa infertili li għamlu użu minn trattament friżat tal-IVF għandhom iktar ċans ta’ suċċess minn nisa li jieħdu trattament frisk.
L-Istudju sar fuq grupp ta’ elf u ħames mitt mara li tbgħati minn Polycystic Ovary Syndrome, kundizzjoni li tikkawża l-infertilita, fejn uħud minnhom ingħataw trattament friżat u oħrajn, trattament frisk. 49% tan-nisa li ħadu trattament friżat kellhom tqala ta’ suċċess u tarbija f’saħħitha, filwaqt li 42% tan-nisa li ngħataw trattament frisk kellhom dan l-istess riżultat.
- TRATTAMENT TA’ EMBRIJUNI FRIŻATI: 49% SUĊĊESS
- TRATTAMENT TA’ EMBRIJUNI FRISKI: 42% SUĊĊESS
Richard Legro, Professur fl-Universita ta’ Pennsylvania li kkontribwixxa fir-riċerka, sostna li
“Issa nafu li it-trattament ta’ embrijuni friżati huwa ferm iktar ideali minn dak frisk għal nisa li għandhom din il-kundizzjoni”
L-Istudju juri ukoll li fi trattament ta’ embrijuni friżati huma inqas in-nisa li jkorru t-tarbija tagħhom.
22% biss ta’ nisa li ngħataw dan it-trattament korrew, filwaqt li ħdax fil-mija iktar, jiġifieri tlieta u tletin fil-mija ta’ nisa li ħadu embrijuni friski, korrew.
Polycystic Ovary System hija waħda mill-iktar kundizzjonijiet li jikkawżaw l-infertiltia fin-nisa, b’sintomi li jvarjaw minn mara għal mara. Din hija riżultat ta’ livell għoli ta’testosterone, l-ormonu maskili, bis-sintomu ewlieni ikun dak ta’ċesti fl-ovarji.
Għalkemm ma hawn ebda trattamen mediku għal din il-kundizzjoni, mara li ssofri minnha tista tgħin lilha nnifisha permezz ta’ dieta bilanċjata u eżerċizzju fiżiku biex ittejjeb il-fertilita tagħha.