Sebastian Cassar-Torregiani, Adam Buttigieg u Beppe Giordmaina irnexxilhom ikun parti mis-suċċess tat-tim ta’ taħt l-għoxrin sena ta’ Stirling Uni FC fl-Skozzja fejn mhux biss kienu parti mit-tim li ħa sehem fil-kompetizzjonnijiet lokali iżda irnexxilhom saħasnitra jirbħu wkoll il-League Cup East. Fil-finali, Stirling Uni FC lagħbu kontra Edinburgh FC mill-League 1 tal-akkademji, fejn rebħu bl-skor ta’ 2 – 0 bit-tlett plejers Maltin fl-azzjoni.
Din il-finali ġabet fit-tmiem staġun pożittiv għal klabb ta’ Stirling Uni FC. L-ewwel tim ta’ dan il-klabb rebaħ il-UK Premier BUCS North kif ukoll il-Queen’s Shield Scottish Cup. Huma spiċċaw ukoll mal-aqwa erba fl-Scottish Lowland League wara Spartans, Celtic B u Rangers B.
Fil-fażi tak-knockout tat-tazza Skoċċiza, huma temmew l-avventura tagħhom fir-raba rawnd wara li ġew eliminati mill-klabb tal-Premier League, Dundee United. Sebastian Cassar Torregiani kif ukoll Adam Buttigieg jiffurmaw parti mill-skwadra tal-ewwel tim tal-klabb fejn lagħbu kemm mat-tim tal-kbar kif ukoll mat-tim ta’ taħt l-għoxrin sena.
L-ewwel tim ta’ Stiling Uni FC rebah ukoll l-unur tat-tim tas-sena fl-Scottish Students Sports Awards.