F’dik li hija l-ikbar fiera ta’ promozzjoni għall-prodott lokali f’Malta għal darb’oħra eluf ta’ Maltin attendew bi ħġarhom sabiex jaraw x’toffri it-tielet edizzjoni ta’ Kwalità Malta.
Il-fiera Kwalita Malta mtella mill-Partit Laburista tesponi x-xogħol ta’ organizzazzjonijiet jew kumpaniji Maltin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ artiġġjanat, prodotti lokali jew saħansitra xi innovazzjoni Maltija.
Iktar kmieni llum One News żar din il-fiera ġewwa l-MFCC f’Ta Qali sabiex fost oħrajn nitkellmu ma ftit mill-kumpaniji jew organiżżazzjoniet li għazlu li din is-sena jattendu u jesponu f’xogħlhom tul dawn it-tliet ijiem.
“Hija mportanti biex l-ewwel nett il-kumpanija tagħna f’din il-fiera tkun vettrina u l-poplu Malti jkun jaf bil-kumpaniji Maltin apparti minn hekk aħna niġu hawnekk full team tajjeb biex nieħdu gpst apparti milli xogħol nieħdu gost u niltaqgħu man-nies mal-klijenti tagħna li jixtru l-prodotti tagħna matul is-sena.”
Hemm komunikazzjoni diretta bejn il-klijent u bejn min jixtieq ibiegħ:
“Hija opportunitá tajba ħafna sabiex intrapriżi Maltin jipromovu l-prodott tagħhom u b’hekk ikabbru ukoll is-suq tagħhom.”
Kif konnha hemmek ma naqasx ukoll li nkellmu lil uħud min-nies li minkejja l-maltemp u x-xita li ppersistiet matul il-jum xorta waħda għażlu li jattendu u jaraw x’inkludiet l-edizzjoni ta’ din is-sena.
“Hawn ħafna affarijiet lanqas qatt ma bsart. Kull darba niġu ta’ kull fiera li jagħmlu ma hemmx dik u l-oħra. Vera hawn x’tara.”
Kwalità Malta ser tibqa’ miftuħa sa għada l-Ħadd 18 ta’ Novembru u matulha qed jittellgħu numru ta’ attivitajiet li jagħmlu l-avveniment wieħed partikolari u se jkunu offruti wkoll numru ta’ faċilitajiet.