Sa mill-bidu tagħha fl-2021, il-missjoni tal-Yachting Malta Race Week kienet li toffri firxa diversa t’attivitajiet madwar l-isport marittimu u tal-ibburdjar. Dan l-avveniment ra tkabbir f’dawn l-aħħar snin, jilqa’ baħħara ta’ kull livell u interess. Biex tkompli tkabbar l-interess, kull sena, Yachting Malta tagħmel meżż biex tintroduċi attivitajiet ġodda li jservu biex jiġbdu aktar parteċipanti u jżidu l-interess fil-popolazzjoni ġenerali.
Il-kollaborazzjoni mal-klabbs tal-ibburdjar u entitajiet relatati wriet li bi sforzi magħquda, jkun iktar possibili li jiġi ċċelebrat l-isport tal-ibburdjar fil-ħafna forom tiegħu. Bl-interess u parteċipazzjoni li ġġenerat ir-Race Week din is-sena, wieħed jista’ jgħid li l-Yachting Malta Race Week kienet ta’ suċċess kbir.
Wieħed mill-punti ewlenin tal-avveniment ta’ din is-sena kien l-organizzazzjoni tal-ibburdjar inklużiv. Yachting Malta ilha timbotta lejn inklużjoni fl-ibburdjar. Dan beda minn meta għamlet investiment ta’ numru ta’ dgħajjes tal-Klassi Hansa 303. Dawn ġew imqassma lill-klabbs lokali fejn Yachting Malta pprovdiet taħriġ biex jitmexxew programmi għal dawn it-tip ta’ dgħajjes. L-inizjattiva tal-ibburdjar inklussiv ta’ din is-sena ġibdet udjenza mdaqqsa u entużjasta. Dan juri potenzjal għal tkabbir f’din il-klassi li hi rikonoxxuta mill-World Sailing.
L-importanza tal-preżenza u l-involviment tan-nisa fl-ibburdjar ġiet indirizzata bl-inizjattiva internazzjonali xprunata mill-World Sailing – Steering the Course – Women in Sailing. L-avveniment offriet pjattaforma għall-baħrin nisa biex juru t-talenti tagħhom. L-avveniment kienet mifruxa fuq tliet serati konsekuttivi, u kienet ospitata mir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) u l-Vikings Sailing Club. Dan l-avveniment laqa’ grupp kbir ta’ nisa li ħadu ‘coaching’ fuq id-dgħajjes l-RS Quests tal-RMYC. L-aħħar ġurnata rathom jieħdu sehem f’sensiela ta’ tlielaq fil-Port ta’ Marsamxett.
Bil-popolarità tal-windsurfing tikber, il-Malta Young Sailors Club ippjana li jospita l-Foiling 100 – tiġrija windfoil ta’ 100km minn Malta sa Ragusa. Għalkemm il-pjanijiet għat-tiġrija kienu mxekkla min-nuqqas ta ‘riħ, u t-tiġrija mqassar – li saret lokalment – ġiet imfixkla minn maltempata, l-avveniment xorta wera prestazzjonijiet tajbin partikolarment mill-veteran Jean Paul Fleri Soler li kiseb it-tieni post, wara Kamil Manowiecki. Fleri Soler wera l-ħila tiegħu kontra ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ windsurfers.
Il-Keelboat, SB20, u d-Dinghy Regatta, ospitati mir-Royal Malta Yacht Club, attiraw flotta mdaqqsa. Il-flotta SB20 kitbet l-istorja ta’ din il-klassi f’Malta, meta għall-ewwel darba tim magħmul minn nisa – Mattea Ciantar, Gabriella Mifsud, Antonia Schultheis u Victoria Schultheis – mhux biss ikkompetew iżda ħarġu rebbieħa tar-Regatta mifruxa fuq jumejn.
Fl-istess ħin, id-Dinghy Ranking Regatta – ospitata mir-Royal Malta Yacht Club, kienet avveniment ta’ranking ikkontestat, b’kompetizzjoni qawwija sseħħ barra l-Port ta’ Marsamxett.
Fl-isforzi tagħha biex tattira l-komunità tal-cruising, Yachting Malta, b’kollaborazzjoni ma’ klabbs tal-ibburdjar lokali, organizza Cruisers’ Rally li fih rat flotta tipparteċipa fi cruise rilassat mifrux fuq tliet ijiem. Ir-Rally kien jikkonsisti f’ numru t’avvenimenti socjali fil-klabbs tal-ibburdjar tal-Vikings Sailing Club, Birzebbugia Sailing Club u r-Royal Malta Yacht Club. Bħala parti mill-attivitajiet organizzati kien hemm konkors ta’ kitba ta’ kanzunetti u kant, kompetitzzjoni fuq stil ta’treasure hunt u konkors li jinkoraġġixxi t-tneħħija tal-plastik mill-baħar.
Il-preżentazzjoni ta’ trofej u premjijiet lir-rebbieħa saret fir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza taċ-Chairman ta’ Yachting Malta, l-Onor. Is-Sur Chris Agius, u l-Kap Eżekuttiv Michael Mifsud.
“Yachting Malta Race Week reġgħet uriet in-natura inklużiva tal-komunità tal-ibburdjar f’Malta. Ninsabu soddisfatti immens bl-attendenza u l-entużjażmu li ntwera minn dawk kollha involuti. Dan l-avveniment mhux biss jenfasizza s-sbuħija tal-ibħra tagħna iżda wkoll is-saħħa u l-għaqda fil-komunita tagħna.” Michael Mifsud, CEO – Yachting Malta