Weightlifters żgħażagħ Maltin kisbu riżultati tajbin fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ li qed isiru f’Tessaloniki, il-Greċja, din il-ġimgħa. L-aqwa riżultat ġie minn Kim Camilleri Lagana, li kkompetiet fil-kategorija tal- 49kg. Minkejja li qed tirkupra minn injury u tibilanċja it-taħriġ mal-eżamijiet tas-SEC, hija kisbet ir-raba' post, u rebħet fuq kompetituri minn Spanja, il-Gran Brittanja, l-Italja, u aktar. Kim lestiet b'suċċess is-sitt tentattivi tagħha, refgħet 60kg, 63kg, u 65kg fis- Snatch, u 78kg, 81kg, u 83kg fil-Clean & Jerk, b'total ta' 148kg. Franza rebħet l-ewwel post, segwita mill-Bulgarija u l-Greċja.
Fil-kategorija ta’ 55kg U-15, Nathan Mifsud kellu wkoll prestazzjoni notevoli, fejn refa' 73kg fl-Isnatch u 92kg fil-Clean & Jerk. Huwa żied it-total tiegħu b’7kg u spiċċa fid-9 post, qabel atleti mill-Greċja, is-Slovakkja, u t-Turkija. Nathan waqqaf ukoll rekords nazzjonali ġodda.
Aaliyah Gatt ikkompetiet fil-kategorija 59kg. Minkejja bidu mqalleb fl-Isnatch, irnexxielha bi 58kg fit-tielet tentattiv tagħha. Fil-Clean & Jerk, hija tilfet l-ewwel tentattiv tagħha f’77kg iżda rnexxielha b’77kg u 80kg f’tentattivi segwenti. It-total tagħha kien biżżejjed biex taqbeż lill-kompetituri mill-Greċja u d-Danimarka fil-Clean & Jerk. Din kienet l-ewwel esperjenza ta’ Aaliyah Gatt fil kampjonati Europej.
Kaya Curmi Inguanez, li kienet qed tikkompeti fil-kategorija tal-55kg, refgħet 57kg fl-Isnatch u 72kg fil-Clean & Jerk. Għalkemm ma kenitx l-aqwa ġurnata tagħha, Kaya baqgħet kompetittiva f’din il-kompetizzjoni ta’ livell għoli.
Din Il-kompetizzjoni kienet possibli bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malta u SportMalta.