L-investigazzjonijiet li wettqet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni taw raġun lill-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba, wara li rrapporta abbuż mill-kumpaniji li joperaw f’dan il-qasam li kien qed jikkawża inċerezza għall-konsumatur Malti.
Fil-fatt, l-Awtorità wasslet sabiex ġew introdotti numru ta’ miżuri li jindirizzaw it-talbiet ta’ Agius Saliba u jipproteġu lill-konsumatur.
Fost oħrajn kumpaniji li joffru pakketti ta’ komunikazzjoni diġitali se jkunu jistgħu jgħollu l-prezzijiet matul il-kuntratt f’każ biss li dan ma jkunx itwal minn sitt xhur. Għalhekk il-maġġoranza tal-kuntratti, li normalment ikunu għal sentejn, mhux se jkunu effettwati u l-konsumatur Malti se jkun protett minn żidiet mhux mistennija fil-prezzijiet. Barra minn hekk, il-kumpaniji se jkollhom l-obbligu li jiksbu l-kunsens tal-klijent għal dawn iż-żidiet.
Agius Saliba laqa b’sodisdazzjoni id-deċiżjoni mittieħda, u spjega li se jkompli jissielet għall-interess tal-konsumaturi f’kull qasam.