Matul it-tmiem il-ġimgħa, il-Malta Handball Association (MHA) ospitat festival tal-mini-handball għat-tfal taħt l-10 snin s-sala Sportiva Tal-Qroqq. Dan l-avveniment kien parti minn sensiela ta’ kompetizzjonijiet tal-mini-handball li
jsiru matul l-istaġun.
Tfal minn diversi klabbs u skejjel madwar Malta u Għawdex ipparteċipaw l-festival, fejn gawdew u esperjenzaw numru ta’ logħbiet tal-handball.
Dawn il-festivals tal-mini-handball huma parti ewlenija mill-istrateġija għat-tul tal-MHA biex jikber il-handball lokalment.
Grazzi għall-appoġġ mill-Gvern Ċentrali u l-Federazzjoni Ewropea tal-Handball, l-isport ra tkabbir sinjifikanti, partikolarment fost plejers żgħażagħ l-kategoriji ta’ taħt it-8, l-10, u t-13-il sena.
Iktar minn 20 festival huma ppjanati li jiġu organizzati għal din is-sena waħedha.