Intemm b’suċċess il-Karnival tas-sajf f’Għawdex, wara li l-Ministeru għal Għawdex investa bis-sħiħ biex Għawdex ikun destinazzjoni distinta u attraenti għalhekk, il-programm ta’ attivitajiet fil-Port tal-Imġarr – lewwel post li jirfsu dawk li jżuru l-gżira – se jingħata l-importanza li tixraqlu u dan wara li saru diskussjonijiet mal-komunità kummerċjali tal-post.
Għall-Karnival tas-sajf kien hemm għaqdiet karnivaleski Għawdxin kif ukoll Maltin u b’kollox ipparteċipaw xejn inqas minn 10 karrijiet trijonfali, 6 kumpaniji taż-żfin u 3 baned lokali fost l-oħrajn.
Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-Karnival ittella’ bil-ħidma tal-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u bil-kollaborazzjoni sħiħa ta’ Arts Council Malta. Il-Ministru Caruana rringrazzjat lil dawk li taw il-kontribut tagħhom biex l-attivitajiet ikunu ta’ suċċess kif ukoll lill-pubbliku li attenda bi ħġaru u gawda dawn l-attivitajiet. Din l-attività ta’ suċċess hi l-bidu u għalhekk abbażi l-esperjenza li nkisbet, il-Ministeru għal Għawdex se jibni għal edizzjonijiet futuri.