Fl-aħħar sena l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ immexxi mill-Onorevoli Carmelo Abela għadda minn ħidma ikkaratterizzata minn żewġ elementi ewlenin; ħidma favur paċi, stabilità, u sigurtà fir-reġjun u mad-dinja u Malta li tindokra u tkabbar il-potenzjal tagħha u ta’ wliedha madwar id-dinja. Fl-aħħar sena saret ħidma kbira biex ir-relazzjonijiet diplomatiċi u kummerċjali ta’ pajjiżna jkomplu jikbru u jissaħħu. Dan bil-għan ukoll li d-dijaspora Maltija – tkun fejn tkun – issib l-appoġġ tal-art li jsejħu bħala ommhom. U biex il-Maltin, jsibu warajhom lil pajjiżhom jgħinhom jiżviluppaw it-talent u l-kummerċ tagħhom.
Dan kollu ma setax iseħħ, kieku ma kienx hemm riżosa b’saħħitha u professjonali fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ li fl-aħħar sena rat ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha jiġu imtejba flimkien ma reklutaġġi ġodda biex din tiġi msaħħa.
Meta mistoqsi fuq kif jiddiskierivi l-ħidma tal-Ministeru immexxu minnu matul l-aħħar sena, Abela rrefera għal dan bħala “Malta Maltija, Malta Internazzjonali, li minkejja ċ-ċokon tagħha taħdem biex tkabbar ħidmietha madwar id-dinja – għall-ġid l-ewwel nett tal-Maltin f’Malta u barra minn xtutna, imma anke għal ħutna minn pajjiżi oħra”.
Huwa qal li jħares ‘il quddiem għal sena l-ġdida fejn huwa ser ikompli jaħdem qatigħ għall-interessi ta’ Malta u l-Maltin fuq livell globali.