Fl-2014, ġellieda tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku kellu fil-mira tiegħu lil grupp etniku msejjaħ Yazidi, fit-tramuntana tal-Iraq. Huwa qatlu lill-irġiel u ħatfu lin-nisa u lit-tfal.
Ir-rakkont ta’ tfajla bl-isem ta’ Ekhlas huwa kommoventi. Kellha 14 meta nħatfet, hi u tipprova taħrab mill-muntajna Sinjar, fejn ġew maħkuma.
Ma laħħqitx mal-kumplament tal-komunità fil-ġirja għal ħajjitha, u nqabdet għal sitt xhur. F’din l-intervista tirrakkonta li isimha kien jitla’ bix-xorti, u meta jitla’, kien ifisser stupru.