Ortise Williams, magħruf li kien ikanta mal-grupp mużikali Ingliż JLS qed jaffaċċja akkużi ta’ stupru minn ammiratriċi tiegħu, li allegatament sar f’lukanda wara spettaklu tal-grupp f’Wolverhampton, l-Ingilterra.Il-kantant, li għandu 31 sena, qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li mara ta’ 20 sena rrappurtat lill-Pulizija li stupraha u ħa vantaġġ sesswali minnha wara li daqq fi stabbiliment tad-divertiment.
Williams qed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih, u mistenni jiterssaq il-Qorti f’Ottubru li ġej.