11,000 tifel u tifla minn 30 skola differenti minn madwar il-gżejjer Maltin qed jipparteċipaw fi studju nazzjonali dwar is-saħħa mentali tagħhom.
Rosemarie Sacco li hija tabiba li tispeċjalizza fil-psikjatrija spjegat kif dan l-istudju tal-Assoċjazzjoni tas-saħħa mentali tat-tfal u adoloxxenti huwa importanti għax se jkun qed jagħti stampa aktar ċara dwar problemi ta’ saħħa mentali fit-tfal u adoloxxenti f’pajjiżna “Dan huwa studju fejn bih se nkunu nafu n-numru ta’ tfal li jbatu minn ċertu kundizzjonijiet bħall-ADHD, awtiżmu, ansjetà, depressjoni, problemi ta’ drogi, xorb, social meida u ħafna affarijiet. Huwa importanti għax minnu nistgħu niddeterminaw x’tip ta’ servizzi għandna bżonn biex ngħinu lil dawn it-tfal u żgħażagħ Maltin”
Sacco li flimkien mal-psikjatra Nigel Camilleri qed tmexxi dan l-istudju kompliet tispjega li dan qed jiffoka fuq it-tfal u żgħażagħ b’mod ħolistiku. “Dan huwa studju fejn bih se nkunu nafu n-numru ta’ tfal li jbatu minn ċertu kundizzjonijiet bħall-adhd, awtiżmu, ansjetà, depressjoni, problemi ta’ drogi, xorb, social media u ħafna affarijiet. Huwa importanti għax minnu nistgħu niddeterminaw x’tip ta’ servizzi għandna bżonn biex ngħinu lil dawn it-tfal u żgħażagħ Maltin.”
Dan l-istudju li huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti Għas-Settur tal-Volontarjat se jkun qed jasal fid-djar tal-istudenti permezz tal-involviment tal-iskejjel. Sacco spjegat li l-karti li tqassmu għandhom jimtlew mill-ġenituri u jintbagħtu mal-posta fl-envelope li qed jitqassam mal-pakkett.
“Kull skola se jkollha l-application pack u dawn se jitqassmu lil kull student li jkun f’dik l-iskola. F’dawn l-application packs hemm informazzjoni dwar l-istudju biex il-ġenituri jkunu jistgħu jaqraw dwaru u fih imbagħad issibu l-conscent form. Din hija karta oranġju u mbagħad minn dawk il-karti kollha nieħdu random sample minnhom.”