L-età ta’ nies li jesperjenzaw eating disorders, qiegħda kulma jmur tonqos, speċjalment riżultat ta’ fatturi bħall-ibbuljar u l-midja soċjali.
Dan joħroġ minn studju lokali, li dwaru tkellimna mad-Direttur ta’ Dar Kenn għal Saħħtek, Darleen Zerafa, li toffrii diversi għajnuniet lill-vittmi ta’ eating disorders.
Hija spjegat kif l-ewwel sintomi ta’ eating disorder jinkludu eżerċizzju żejjed u fissazzjoni fuq id-dehra.
“Skużi biex ma tikolx, l-ikel li kienet tiekol qabel, forsi mal-familja jew il-ħbieb tagħha, tibda tinqata’ għaliha u tevita li tmur attivitajiet soċjali, biex ma tintegrax man-nies, speċjalment fejn ikun hemm il-preżenza tal-ikel.”
Minkejja li l-anoressija, il-bulimja u l-binge eating huma fost l-aktar diżordnijiet komuni, fl-aħħar snin bdew jiġu nnotati wkoll diżordnijiet oħra, bħal meta persuna ma tkunx trid tiekol ikel ta’ ċertu tip ta’ tessut, kulur jew riħa.
“Tul id-disa’ snin li ilna noffru servizz, innotajna li l-persuni li jiġu għall-għajnuna, qed tinbidel. Fejn konna qed naraw aktar anorexia u bulimia, li jiġu għall-għajnuna, qed naraw ukoll li t-trend qiegħda tiżdied għal dawn it-tip ta’ kundizzjonijiet fosthom l-Arfid, selective eating.”
Studju li sar b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, fost tfal u żgħażagħ ta’ bejn l-għaxar u s-sittax-il sena, jirriżulta li aktar ġuvintur qed jesperjenzaw dawn id-diżordinijiet.
“Meta jiġu l-ġuvintur, dawn iħallu għall-aħħar biex ifittxu l-kura, forsi għax ikun hemm l-istigma li l-kundizzjoni tal-eating disorder, hija aktar marbuta mat-tfajliet, allura imbagħad tkun aktar avvanzata, jiġifieri meta jiġu għall-kura, iħallu għall-aħħar biex ifittxu l-għajnuna.”
Il-kura li tingħata f’din id-dar, tvarja abbażi tal-bżonn: minn servizzi ta’ outpatients minn tim ta’ professjonisti, għal servizzi residenzjali bi programmi strutturati.
Jingħataw ukoll servizzu ta’ sapport għall-familja, biex jifhmu kif għandhom iġibu ruħhom f’dawn iż-żminijiet diffiċli.
“Tul ix-xahar ta’ Ġunju, għamilna kollaborazzjoni mal-MCAST, qed intellgħu play fuq eating disorder, li ħa jagħmlu ġewwa Dar Kenn għal Saħħtek, fis-sala. Din miftuħa għall-pubbliku u għal dawk li jkunu interessati fuq dan is-suġġett.”
Għall-għajnuna wieħed jista’ jikkuntattja l-paġna fuq Facebook Dar Kenn għal Saħħtek, jew inkella jċempel fuq in-numru 2145 3690.
Ritratt: metropolisindia.com