Riċerkaturi qalu illi t-tielet doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-AstraZeneca ssaħħaħ ferm is-sistema immunitarja, madanakollu s’issa m’hemm ebda evidenza li turi l-bżonn tat-tielet doża.
L-istess studju li sar mill-Università ta’ Oxford juri wkoll illi t-tieni doża tal-vaċċin tal-AstraZeneca jista’ jittieħed wara 45 ġimgħa filwaqt li bit-tieni doża l-persuna tkun bniet sistema immunitarja tassew b’saħħitha kontra l-coronavirus.
L-evdenza turi li l-vaċċin jipproteġi wkoll kontra l-varjanti attwali u għalhekk s’issa kollox jindika li t-tielet doża jista’ jkun li ma jkunx hemm bżonnha.