Studju li ħareġ mill-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem ħarġu minnu affarijiet pożittivi dwar il-ħsibijiet u l-pjanijiet tan-negozji f’pajjiżna.
Aktar min-nofs in-negozji f’pajjżna huma mħejjija għall-attività ekonomika domestika filwaqt li 14% tan-negozji huma lesti li jesportaw. 30% l-oħra tan-negozji huma preparati sabiex joffru is-servizzi tagħhom lill-ekonomija lokali filwaqt li jesportaw barra ‘l pajjiż ukoll.
Fost ir-riżultati hemm ukoll li 54% ta’ dawk li rrispondew l-istudju, qalu li qed jistennew li ser jirkupraw totalment u jkollhom andament kummerċjali daqs kemm kellhom qabel il-pandemija.
L-istudju tal-MEA rrimarka wkoll li l-miżuri li ħa l-Gvern biex iwieżen lin-negozji huma tajbin biex inaqqsu l-impatt ekonomiku li ħalliet l-imxija.
L-istudju wera wkoll li 82% tan-negozji li kienu kostretti jkeċċu l-ħaddiema minħabba l-pandemija, naqqsu n-numru ta’ impjiegi b’inqas minn kwart.