Studju investigattiv imwettaq mis-CNN, wera rapporti li ġew leaked juru kif il-mod kif iċ-Ċina ħadet ħsieb is-sitwazzjoni tal-Covid-19 kien wieħed diżastruż u li ħalliet effett negattiv fuq id-dinja kollha.
Dan hekk kif din l-informazzjoni l-ġdida irrapportat kif testijiet tal-Covid-19 li kienu saru fl-ewwel stadji inizjali, wrew riżultati negattivi li fil-verità kienu pożittiv – bir-riżultat biex jitranġa kien qed jieħu ġimgħat.
Rapporti Ċiniżi fi Frar kienu qalu kif l-esperti tas-saħħa f’Hubei bdew jilmentaw dwar it-testijiet li kienu qed jintużaw hekk kif l-istess testijiet kienu qed juru biss bejn 30% sa 50% bħala rata tat-testijiet li kienu verament pożittivi.
Kien għalekk li r-riżultati tat-total ta’ każijiet pożittivi ta’ Covid-19 għal dak iż-żmien ma kienx wieħed korrett u li jirrifletti l-vera riżultat.
Dan hekk kif l-informazzjoni li bdiet tintwera fil-pubbliku kienet bi tliet ġimgħa b’lura, bl-esperti tas-saħħa spiċċaw b’idejhom marbutin għal mod kif setgħu jirriflettu r-riżultat veru. Dan sakemm is-sistema tas-saħħa fi Hubei għamlet ġimgħat sħaħ tiġġieled kontra sistema li ma kinitx ippreparata għall-influss ta’ każijiet.