Studju ġdid mill-ikbar sptar fl-Iżrael wera li l-ewwel doża tal-vaċċin tal-Pfizer u BioNTech hi effettiva għal 85%.
L-istudju sar fuq sebat elef ħaddiem tas-saħħa fejn sar magħruf li wara ħmistax u tmienja u għoxrin ġurnata mindu jkunu tlaqqmu kontra l-Covid-19, naqqsu n-nies morda.
L-istudju nnota wkoll l-effettività fost pazjenti mingħajr sintomi.
Ġie nnutat wkoll li infezzjonijiet b’tipi ta’ virus differenti naqsu b’75% wara l-ewwel doża.