Wieħed minn kull tliet każi ta’ dimensja jistgħu jiġu evitati jekk in-nies jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tul ħajjithom. Dan ħareġ minn studju internazzjonali ppubblikat minn Lancet.
L-istudju ddentifika disà fatturi li jwaslu għad-dimensja:
- Telfa ta’ smigħ
- Li ma tispiċċax l-iskola sekondarja
- Tipjip
- Id-dipressjoni
- Nuqqas ta’ eżerċizzju
- L-iżolazzjoni soċjali
- Pressjoni għolja
- Obeżità
- Id-dijabete tat-tip 2
L-istudju jgħid li dawn il-fatturi jikkontribwixxu 35% għad-dimensja. Bl-istudju jżied jgħid li 65% huma fatturi li l-bniedem m’għandux kontroll fuqhom.
Dan l-istudju ġie ppreżentat waqt konferenza internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Alzheimers f’Londra. B’24 espert internazzjonali jgħidu li sal-2050, 131 miljun persuna tista’ tkun tbati mid-dimensja. Minkejja li s-sintomi tad-dimensja joħorġu aktar tard fil-ħajja, l-istudju jgħid li l-bidliet fil-moħħ ikunu ilhom isiru u jekk wieħed jevità dawn id-disà fatturi jkun jista’ jipprevjeni.