Matul is-sitt xhur li ġejjin se jkun qed isir studju dwar l-industrija tal-bini f’pajjiżna. Dan permezz ta’ ftehim bejn il-Malta Developers Association u l-KPMG li kien iffirmat f’Kastilja fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-istudju se jħares lejn żewġ aspetti partikolari: L-impatt ekonomiku u l-ammont ta’ xogħol li tiġġenera l-industrija kif ukoll it-tip ta’ investiment li din l-industrija tattira flimkien mal-użu ta’ tekniċi u materjali użati favur l-ambjent.
Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti qal li l-bżonn ta’ dan it-tip ta’ studju kien ilu jinħass, dan għaliex jagħti stampa ċara ta’ kif qed jiżvilluppa s-settur.
Min-naħa tiegħu, l-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar l-inizjattiva hekk kif tagħti spektru ċar ta’ għoddod oħra li jgħinu biex jittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet fil-qasam industrijali.