Studju li sar fl-Iżrael juri li nisa tqal li huma mlaqqma kontra l-Covid-19 jistgħu jipproteġu anke t-tarbija tagħhom.
Fi Frar li għadda tlaqqmu għoxrin mara biż-żewġ dożi tal-vaċċin tal-Pfizer u BioNtech fejn testijiet li saru wrew li dawn in-nisa u t-trabi f’ġufhom kellhom immunità għall-Covid-19.
Hu mistenni li ssir aktar riċerka f’dan ir-rigward, din id-darba matul stadji differenti tat-tqala.