Studju fl-Istati Uniti juri l-effettività b’saħħitha tal-vaċċin kontra l-varjant Delta.
Dan huwa meqjus bħala l-iżjed varjant infettiv tal-Covid-19.
F’dan l-istudju li sar miċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Mard u Preventiv tal-Istati Uniti juri kif dawk li tlaqqmu kompletament għandhom 11-il darba inqas ċans li jmutu u 10 darbiet inqas iċ-ċans li jiddaħlu l-isptar bil-Covid-19.
L-istudju eżamina eluf ta’ persuni u hawnhekk tqabblu riżultati li ttieħdu bejn April u Ġunju ta’ din is-sena ma’ dawk li ttieħdu bejn Ġunju u Lulju.
F’dan iż-żmien tal-aħħar, il-varjant Delta għolla rasu ġewwa l-Istati Uniti.